Matul il-jum tal-Ġimgħa, bdiet sena akkademika oħra fl-Università ta’ Malta li se tilqa’ 4,734 student ġdid.
In-numru ta’ studenti ġewwa l-Università matul din is-sena skolastika huwa ta’ 11,658 student.
Aktar minn 3,000 student se jkun qegħdin jistudjaw f’korsijiet ta’ Baċċellerat u f’livell post-sekondarju waqt li aktar minn 1,600 student qed jistudjaw f’livell ta’ Masters.
Aktar minn 1,100 student se jkunu qegħdin jistudjaw ġewwa l-Junior College.
F’dawn l-istituzzjonijiet edukattivi daħlu ftit aktar minn 1,407 student barrani.