Nhar is-Sibt 24 ta’ Settembru, Maltapost se toħroġ timbru speċjali bħala kommemorazzjoni ta’ altar ġdid ġewwa l-Bażilika tal-Għarb f’ Għawdex, u ser jingħata mill-Fergħa Postali tal-Għarb.
Dan it-timbru speċjali jista’ jiġi ordnat mill-Bureau Filateliku, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001, jew online fuq www.maltaphilately.com – Telephone 2596 1740 – e-mail: info@maltaphilately.com
Dan is-sit kien iltaqa’ ma’ Manuel Farrugia, li għandu biss 27 sena, iżda ġie ikkummissjonat biex jiddisinja l-artal tal-Għarb. Dan imbagħad inħadem barra minn Malta. Il-proċess biex jagħmel l-artal tal-Għarb beda tliet snin ilu. Id-disinn ġie magħmul bil-lapis l-ewwel. Il-Kapitlu approvah, umbagħad beda xogħol to scale fit-tafal. Spjegalna kif segwa l-proċess mill-internet u kellu parir għal kull artist.
https://www.youtube.com/watch?v=pXhQN5qAFiE