Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar Johann Buttiġieġ iddikjara li se jiftaħ libell biex jiddefendi r-reputazzjoni tiegħu, b’refernza għall-għall-artikli li dehru fuq it Times o f Malta fil-ġimgħat li għaddew. Dawn allegaw li Johann Buttigieg irċieva flus jew rigali mingħand Adrian Buttigieg b’relazzjoni max-xogħol tiegħu.
Johann Buttiġieġ stqarr li huw dejjem iddikjara kwalukwe konflitt ta’ interess b’relazzjoni mal-ex kap tiegħu Adrian Buttigieg, u bħala uffiċjal pubbliku, japprezza li huwa soġġett għall-iskrutinju pubbliku mill-mezzi tax-xandir. Żied jgħid, madanakollu, li mhux fl-interess pubbliku li t-Times tgħid nofs veritajiet jew inkella tagħmel allegazzjonijiet infondati.
Dak li ma qalitx is-Sunday Times, żied jgħid fi stqarrija Buttiġei, huwa li fiż-żmien meta Johann Buttiegieg kien involut fil-proġett tal-Aquarium, Adrian Buttiġieg ma kienx shareholder. Għalhekk ma kellu xejn x’jibbenefika direttament mill-proġett, kif jixdhu wkoll dokumenti pubbliċi rreġistrati għand l-MFSA.