Meta kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti wara attività dalgħodu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li hemm possibilitajiet qawwija li l-vaċċin għall-Covid-19 jasal f’Malta fix-xhur li ġejjin.
Huwa spjega li madwar id-dinja qed jidħol sentiment imsejjaħ bħala pandemic fatigue, li jfisser li ħafna miċ-ċittadini qed iħossu li xebgħu mis-sitwazzjoni b’riżultat li qed tonqos il-kooperazzjoni.
Id-Deputat Prim Ministru Fearne appella biex dan ma jsirx għaliex għandu fiduċja li l-vaċċin għall-Coronavirus jasal f’Malta fix-xhur li ġejjin.