Libjan ta’ 38 sena ġie arrestat b’rabta ma’ diversi serqiet minn kmamar f’lukanda li tinsab fi Triq il-Fliegu, f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ fid-9 ta’ Lulju li għadda meta żewġ persuni rrappurtaw li sabu l-kmamar tagħhom f’din il-lukanda miftuħa u mqallbin. Minn stħarriġ tal-Pulizija ħareġ li nsterqu għadd ta’ oġġetti personali.
Eventwalment, l-allegat ħalliel ġie identifikat u ġie arrestat mill-Iskwadra tar-Reati Vjolenti fi ħdan ir-Reati Maġġuri.
Huwa qed jinżamm fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, u mistenni jitressaq il-Qorti.
B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Joe Mifsud.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/10/11/jibqa-jinzamm-arrestat-fuq-akkuzi-ta-serq-1/