Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Vella jinsabu f’iżolament għal ġimgħa bħala miżura ta’ prekawzjoni wara li għamlu test għall-COVID-19 għax kien hemm membru tal-istaff tal-Palazz li nstab pożittiv għall-Coronavirus.
It-test tal-President u martu ġie negattiv imma xorta għażlu li joqogħdu kwarantina bħala miżura ta’ prekawzjoni.
L-impenji tal-President għall-ġimgħa d-dieħla se jkunu posposti.