James Grech minn Ħal Qormi ntbagħat tnax-il sena ħabs wara li stupra aktar minn darba lil tifla ta’ tmien snin.
Il-każ seħħ fl-elfejn u sitta, meta l-vittma li isimha ma jistax jixxandar b’ordni tal-Qorti kienet tirkeb fil-vann tal-iskola misjuq mill-ħati.
Il-vittma kienet tirkeb fuq quddiem tal-vann u kien iniżżel lill-vittma l-aħħar waħda.
Darba minnhom, ix-xufier mar f’għalqa abbandunata viċin id-dar tagħha u stupraha.
Fil-Qorti ntqal kif huwa ffastidjaha wkoll sitt darbiet.
Fil-Qorti ntqal kif kien iweġġaha fiżikament, kien iwaddabha fil-vann filwaqt li darba minnhom beda jtiha f’żaqqha.
Grech kien jgħid lill-vittma sabiex tgħid lil ommha li hija kienet weġġgħet fil-bitħa tal-iskola.
Darba minnhom, is-soru tal-iskola nnutat kif ix-xufier qed jaqbad ma’ xagħar il-vittma, bil-vittma tgħidilha li ma tridx tirkeb aktar fuq il-vann.
Il-Pulizija saret taf bil-każ fl-elfejn u ħmistax, disa’ snin wara li seħħ il-każ meta t-terapista tal-vittma rrappurtat lill-Pulizija.
Missierha skopra wkoll b’dak li kien ġara wara li qara d-djarju ta’ bintu.