Ġewwa Dar tal-Kleru f’Birkirkara se jitħawlu mal 1,700 siġra ġdida. Dan il-proġett se jsir b’kollaborazzjoni mal-Arċidjoċesi Maltija u mistenni jagħti nifs ġdid lir-residenti ta’ Birkirkara.
Dar tal-Kleru, li hija mdawra b’ġonna ta’ madwar 20,000 metru kwadru, għażlu li ma jużawx din l-art għal żvilupp urban, iżda daru lejn Infrastruttura Malta sabiex isebbħu din l-art. Infrastruttura Malta għamlet ċert li l-art fejn tħawlu s-siġar saru iktar fertili billi żiedet aktar minn 70 trakk tal-ħamrija minn żoni fejn bħalissa qed isiru proġetti tat-toroq.
Id-Dar tal-Kleru ħabbret li parti mil-ġonna se jkunu aċċessibbli għal żjarat edukattivi mill-iskejjel, sabiex jitgawda mill-komunità.