Għall-ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu ħabtu żewġ karozzi fi Triq Ħal-Tarxien, Raħal Ġdid.
L-impatt seħħ bejn vettura tat-tip Vauxhall Nova misjuqa minn ġuvni ta’ 20 sena residenti Bormla u vettura tat-tip Volkswagen Polo mjsuqa minn mara ta’ 37 sena residenti Ħal-Tarxien. B’konsegwenza ta’ dan l-impatt, il-vettura tat-tip Vauxhall baqat dieħla ġo faċċata ta’ residenza.
Flimkien mas-sewwieq ta’ 20 sena kien hemm ġuvni ieħor ta’ 20 sena ukoll residenti Ħal-Tarxien.
Iż-żewġ ġuvintur ittieħdu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.