L-Isvezja, il-pajjiż Ewropew li matul is-sena li għaddiet kien wieħed mill-aktar li rċieva refuġjati meta mqabbel mal-popolazjoni tal-pajjiż irid lill-Unjoni Ewropea tikkastiga lil membri stati l-oħra li ma jonorawx il-proposti tal-burden-sharing.
L-Isvezja rċeviet 163,000 immigrant li qed ifittxu l-ażil minn pajjiżi li jinsabu fi gwerra fosthom is-Sirja u l-Iraq. Dan in-numru jfisser li dan il-pajjiż rċieva refuġjati tliet darbiet aktar mill-Ġermanja li għandha popolazzjoni ferm akbar.
“L-Unjoni Ewropea hija kbira biżejjed biex tirċievi aktar refuġjati milli qed tieħu, iżda huwa impossibli li huma ftit il-pajjiżi li qed jerfgħu din ir-responsabbilita'” stqarret dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ann Linde.
Din il-kritika tressqet fiż-żmien li matulu qed jiġu diskussi r-regoli l-ġodda tal-Unjoni Ewropea fejn tidħol l-imigrazzjoni, bl-għan li jiġi indirizzat it-tqassim mhux ugwali tal-imigranti fil-pajjiżi membri.
“Hemm bżonn li jkun hemm mekkaniżmu li jassigura li l-pajjiżi membri jimplimentaw id-deċiżjonijiet meħuda.” Temmet tgħid il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Isvedzja.