L-eks uffiċjal tal-pulizija Amerikana Derek Chauvin li huwa suspettat fil-qtil ta’ George Floyd inħeles mill-arrest fuq garanzija ta’ miljun dollaru.
Chauvin huwa s-suspettat ewlieni f’dan il-każ wara li fil-25 ta’ Mejju li għadda, deher f’filmat juża forza eċċessiva fuq għonq Floyd għal tmien minuti sħaħ qabel eventwalment miet.
Il-mewt ta’ Floyd wasslet għal protesti globali u sejħet għal riforma fil-pulizija.
Dwar dan il-każ Chauvin tkeċċa mix-xogħol u f’Marzu tas-sena d-dieħla mistenni jinstema l-każ tiegħu fil-qorti Amerikana.