Il-Parlament Ewropew approva lill-Mairead McGuinnes bħala l-Kummissarju għas-Servizzi Finanzjarji, stabbiltà finanzjarja u s-swieq kapitali b’ħames mija u tlieta u tmenin vot favur.
Fl-istess ħin, Valdis Dombrovski ġie kkonfermat bħala Kummissarju għall-Kummerċ b’ħames mija u ħmistax-il vot favur. Il-Kummissjoni Ewropea għamlet dan it-tibdil wara li f’Awwissu li għadda rriżenja l-Kummissarju għall-Kummerċ Phil Hogan.
Iż-żewġ Kummissarji kellhom joqogħdu għal skrutinju fit-tnejn ta’ Ottubru biex il-Membri Parlamentari Ewropej jgħarblu il-ħiliet tagħhom qabel ma setgħu jiġu kkonfermati.