Matthew Piscopo ta’ 41 sena, ġie kkundanat sitt xhur ħabs u tilef garanzija personali ta’ ħamest elef ewro wara li nstab ħati li bejn is-Sibt u l-Ħadd kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
Piscopo ammetta li minflok kien id-dar, skont il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest, huwa mar ġo bar il-Furjana għax ħareġ jixtri pakkett tas-sigaretti.
F’Ġunju li għadda, huwa kien ingħata ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li darab gravi lis-sieħba tiegħu.