Jekk qed tippjana tmiem il-ġimgħa li ġej, ftakkru li se jiftaħ l-istaġun teatrali bl-ewwel dramm jittella mill-kumpanija Masquerade Malta bl-isem ta’ ‘Girls Like That’. Miktuba mid-drammaturgu Ingliż Evan Placey, id-dramm huwa ibbażat fuq it-tfajla Scarlett, li serqet l-attenzjoni ta’ kulħadd wara xnigħat li kien hemm dwarha. Dan id-dramm jitratta l-pressjonijiet li jgħaddu minnhom iż-żgħażagħ tal-illum, riżultat ta’ avvanz fit-teknoloġija.
L-atturi huma: Marjann Attard, Elisa Attard Yeon, Marilyn Aquilina, Celine Bartolo, Stephanie Bonnici, Giulia Caligari, Becky Camilleri, Analise Cassar, Maria Cassar, Lara Degabriele, Mattea Gouder, Judy Magri, Michaela Manduca, Emma Micallef, Kelly Peplow, Kimberley Riolo, Stefanie Weenink and Giulia Elena Xuereb.
Dan id-dramm se jittella f’Blue Box, M Space l-Imsida fit-23, 24, 30 ta’ Settembru kif ukoll fl-1 u 2 t’Ottubru fit-20.00p.m. Informazzjoni dwar il-biljetti tista ssiba fuq www.bluebox.com.mt