Fabian Magro ta’ 35 sena ġie meħlus wara li ma ġiex ippruvat li qratas tal-kokaina misjuba fil-karozza tiegħu kienu tiegħu.
Magro kien passiġġier f’karozza ta’ tip BMW, li kienet involut f’ħabta ma’ karozza ta’ tip Honda f’Ħal Għaxaq.
Fil-ħin tal-inċident, il-BMW kienet qed tinstaq minn Josef Zammit minħabba li l-akkużat ma kienx jista isuq, wara li kien fis-sakra.
Ġewwa l-vettura, il-pulizija sabu ġakketta u kartiera, kif ukoll disa’ qratas ta’ trab abjad u xi pilloli.
Quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, Fabian Magro insista li fil-ħin tal-inċident kien tant fis-sakra li ma jiftakar xejn, lanqas li Zammit kien saqu lejn id-dar.