L-awtoritajiet elettorali fil-Kyrgyzstan annullaw ir-riżultat tal-elezzjonijiet Parlamentari wara protesti vjolenti fil-pajjiż.
Id-dimostranti daħlu fil-Parlament u ġġieldu mal-Pulizija hekk kif talbu għal elezzjoni oħra.
Mijiet indarbu fid-dimostrazzjonijiet u persuna tilfet ħajjitha.
Il-mossa mill-Kummissjoni Elettorali saret mumenti biss wara li l-President Sooronbai Jeenbekov akkuża lill-forzi politiċi li b’mod illegali ppruvaw jieħdu l-poter.
Il-protesti bdew wara li kienu biss erba’ partiti minn sittax li ġabu biżżejjed voti biex jidħlu fil-Parlament.