Manuel Delia nfexx jattakka lid-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo.
Bit-titlu ‘Edwin Vassallo tal-Banana’, l-eks Chief of Staff ta’ Austin Gatt qal li Edwin Vassallo, li kiteb li Bernard Grech m’għandux ikun immexxi minn imnieħru, għamel minn kollox biex Grech ma jsirx Kap Nazzjonalista.
Manuel Delia fetħilha fuq Vassallo u fakkru li l-politikanti għandhom l-imgħallmin tagħhom.
“Hemm politikanti li jistgħu jitqaċċtu. Staqsi lil Adrian Delia”, qal Manuel Delia lil Edwin Vassallo li kontinwament ried ifakkru li Adrian Delia tqaċċat mit-tmexxija Nazzjonalista biex issa hemm Bernard Grech.
Manuel Delia żied jgħid lil Vassallo, li bil-moħħ ta’ tat-tfal tiegħu, billi jrid jiddefendi l-Kap, irid jiftakar li r-Re tiegħu miet, dan b’referenza għal Adrian Delia.
Ftit ħin wara li Bernard Grech sar Kap Nazzjonalista, l-esponent tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, Manuel Delia wissa lil Grech biex ma jgħaxxaqhiex għaliex inkella jkollhom ifittxu lil ħaddieħor.
“Aħna ninsabu seqer”, kiteb Manuel Delia, li Vassallo sejjaħlu tal-Arriva.
Għal dak li kien kiteb Manuel Delia, Edwin Vassallo, wieħed minn dawk leali lejn Adrian Delia, ikkundanna dak li kiteb Manuel Delia u qal li l-Partit Nazzjonalista u l-Kap m’għandhom ikunu fil-but ta’ ħadd.
Saħaq li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista u l-partit innifsu m’għandhomx ikunu mmexxija minn imneħirhom minn ħadd.