Issa li pajjiżna sab saqajh, għandna ngħinu lill-Unjoni Ewropea toħroġ mill-problemi li tinsab fihom, stqarr il-Prim Ministru Joseph Muscat, hu u jirreferi għal kunfidenza li esprima f’ Malta u l-poplu Malti l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk din il-ġimgħa fiż-żjara tiegħu f’ pajjiżna.
Waqt kollegament telefoniku fuq One Radio, il-Prim Minsitru stqarr li b’ pajjiżna jmexxi d-diskussjonijiet jinħolqu opportunitajiet tajba biex Malta tkompli tattratta iktar investiment barrani.
“Mhux noqgħodu nedew fil-laqgħat, aħna filwaqt li naghmlu s-sehem tagħna f dan il- qasam inkomplu nġibu x xogħol u l-investment- jien ħa nkompli nkun is-salesman tal pajjiż- jgħidu x’jgħidu- kburi li mmur f pajjiżi oħra u nbiegħ dak li għandu pajjiżna biex nattira iktar investiment u nġib iktar postijiet tax-xogħol”
Iżda saħaq li biex pajjiżna jkun kapaċi jagħmel dan, jeħtieġ li ningħaqdu u nimxu ‘l quddiem u mhux naqgħu lura għall-politika partiġġjana kif wera li jixtieq Simon Busuttil għal diversi drabi, fosthom din il-ġimgħa bin-nomina ta’ Leo Brincat.
“Xogħoli huwa li mmexxi pajjiż u mhux li noqgħod ninħela fil-politika partiġġjana li qed jimbotta Simon Busuttil”.
Il-Prim Ministru qal li mhux se jaqa’ għall-logħba tal-kap tal-Oppozizzjoni, li fiż-żmien fejn sfortunatament għalih għandu krizi fil-Partit tiegħu, fejn l-unika mod li qed jara biex jiġbed is-support lejh huwa li jiġbed is-simpatija internament, jappella għal hardcore tiegħu, billi jappella għas-sentiment tal-aħmar kontra l-blu, tal-Labour kontra n-Nazzjonalisti.
Joseph Muscat aċċenna kif din il-ġimgħa, f’laqgħat fil-Parlament Ewropew, kien irrimarkat kif il-liġi tal-Whistleblower li għandu pajjiżna tista’ tkun benchmark ġdida Ewropea u saħaq li hija sfortuna imbagħad li jkollok il-Kap tal-Oppożizzjoni li jipprova jaħrab minn liġi oħra favur it-trasparenza, il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti, permezz tal-iskema ta’ dejn sigriet. Il-Prim Ministru fakkar kif il-ġimgħa l-oħra Simon Busuttil ħareġ jiftaħar li ġabar €3miljuni, biex issa qed nifhmu li dawn il-flus kien ta’ nies li kellu jagħtihom il-flus u minflok qed jagħtihom il-flus qed jgħidilhom, selfuhomli bl-imgħax u ma jridx jgħid min huma, sostna l-Mexxej Laburista.
Dr Muscat saħaq li l-Gvern m’huwa ostaġġ ta’ ħadd u meta kien hemm bżonn jitkellem fuq il-fish farms għamel dan, meta għedna li Palumbo ma jitax jagħmel ħsejjes u jniġġeż għamilniha, mill-banda l-oħra hemm Simon Busuttil li tant tkellem fuq l-ambjent iżda imbagħad jalinja ruħu ma’ proġetti tant kontroversjali. Aħna ħa nkomplu naħdmu fejn din il-ġimgħa kellna ‘il fuq minn 6,000 persuna li rċivew bejniethom €4miljuni f’refund fuq il-flus imħallasa żejda fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi fl-2005, mizura li fuqha Simon Busuttil ma kienx jaqbel. Li kieku kien għall-Gvern Nazzjonalista dawn il-flus ma ngħatawx iżda dan il-Gvern qed jibgħat lura dawn il-flus.