Basiru Diadama ta’ 25 sena mill-Gambja weħel disa’ xhur ħabs u multa ta’ €500 wara li nstab fil-pussess tad-droga kannabis.
Huwa wieġeb ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu.
Il-każ seħħ fit-2 ta’ Ottubru li għadda wara li l-pulizija għamlet tfittxija fuqu u nstab fil-pussess ta’ diversi pakketti b’sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis f’ċirkostanzi li juru li ma kienux għall-użu esklussiv tiegħu.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Marshal Mallia.