Raġel inżamm arrestat wara li allegatament kkawża biża’ ta’ vjolenza u fastidju lil martu u lill-kunjati.
Huwa ġie akkużat ukoll li żamm kontra l-volonta tagħha lil martu.
Jidher li l-koppja kienu ilhom flimkien 12-il sena u kienu ilhom miżżewwġin 5 snin. Il-problemi allegament skattaw meta il-mara marret tgħix għand il-ġenituri tagħha.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest iżda l-qorti ċaħdet it-talba minħabba intraġġ ta’ provi.
Il-qorti talbet li tressaq il-Qorti il vittmi fis-seduta li jmiss filwaqt li ħarġet ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittmi.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Eman Haymen.
Dan kien l-ewwel każ investigat b’suċċess rapport ta’ biża’ ta’ vjolenza u fastidju tal-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra l-Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika. Liema skwadra bdiet topera mill-1 ta’ Ottubru li għadda.
ARA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2020/10/04/ragel-mistenni-jitressaq-il-qorti-akkuzat-bfastidju-u-sekwestru-ta-persuna/