Ma kien hemm l-ebda progress fl-attentat tal-Franċiżi biex jibdew taħdidiet ta’ paċi bejn l-Ażerbajġan u l-Armenja dwar il-kunflitt fuq ir-reġjun ta’ Nagorno-Karabakh. Dan wara li l-Ażerbajġan tefgħat il-ħtija tal-ġlied riċenti fuq l-Armenja.
Il-ġlied fl-aħħar jiem kien fost l-agħar sa mid-disgħinijiet, tant li hemm biża’ li l-kunflitt isir gwerra reġjonali, bl-involviment tat-Turkija u r-Russja.