Sa issa f’ħames snin, fl-Isptar Mater Dei twieldu 202 itrabi permezz tal-IVF.
112 minn dawn it-trabi huma bniet filwaqt li d-90 l-oħra huma subien.
Ma’ dan l-istazzjon il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni Simone Attard, qalet li aktar nisa mistennija jwelldu bl-IVF fil-jiem li ġejjin.
Dr Attard stqarret, “Qegħdin ukoll nistennew ħames nisa iwelldu fil-jiem li ġejjin…Tajjeb li ngħidu li minn dawn il-mitejn u tnejn trabi li twieldu għaxra minnhom twieldu minn ċikli li għamilna b’embrijuni li kienu friżati.”
Dr. Simone Attard qalet li fid-dawl tal-imxija kellhom jittieħdu prekawzjonijiet stretti fil-proċess tal-IVF anke sabiex tiġi salvagwardjata s-saħħa tal-ommijiet u t-trabi.
“Is-servizzi kienu waqqfu fil-bidu tal-Covid u s-servizz tkompla f’Mejju u bħalissa qegħdin nieħdu l-prekawzzjonijiet kollha swabbing il-proċess tul il-proċess totali biex dawn ikunu siguri kemm għall-pazjenti kif ukoll għall-istaff.” Temmet tgħid Dr Attard.