Il-Ministeru tal-Affarijiet barranin tal-Armenja tenna li l-Armenja tinsab lesta għal taħdidiet ma’ Franza, ir-Russja u l-Istati Uniti sabiex twaqqaf sitt ijiem ta’ ġlied mal-pajjiż ġar tagħhom l-Ażerbajġan.
Il-kunflitt rigward rigward territorju fir-reġjun ta’ Nagorno Karabakh laħqu l-qofol tagħhom il-Ħadd li għadda.
Iż-żewġ pajjiżi li kienu jiffurmaw parti mir-Reppublika Sovjetika spiċċaw fi gwerra fuq dan it-territorju bejn l-1988 u l-1994 fejn eventwalment iddikjaraw waqfien mill-ġlied.
Sal-lum il-ġurnata baqa’ qatt ma ntlaħaq ftehim.