10 Spetturi tal-pulizija ġew ippreżentati bl-ittra tal-ħatra fil-grad ta’ Supretendent tal-pulizija waqt ċerimonja ppreseduta mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Dr Byron Camilleri u mill-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Angelo Gafà.
Fid-diskors tiegħu l-Ministru ħeġġeġ lis-supretendenti l-ġodda biex iżommu f’moħħhom l-azzjonijiet kif ukoll l-għanijiet tal-istrateġija ta’ Trasformazzjoni li se twassal biex il-korp tal-Pulizija jkun wieħed aktar modern u effettiv.
Dan filwaqt li l-Kummissarju tal-Pulizija stqarr, “Jekk il-poplu jżid il-fiduċja fil-Korp, iktar tħossukom kburin li qed tilbsu l-uniformi. In-nies qed jistennew ħidma min-naħa tal-pulizija u għalhekk irridu nuru li l-ħeġġa fix-xogħol tagħna ma tieqafx fi tmiem il-ħin tax-xogħol, iżda tibqa’ għaddejja bla waqfien.”
Il-Ministru Camilleri u l-Kummissarju Gafà, awguraw lis-supretendenti l-ġodda għal dan il-pass importanti fil-karriera tagħhom.