Raġel ta’ 39 sena mill-Gambja li joqgħod iż-Żebbuġ Għawdex ittella’ l-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat Monica Vella akkużat li nhar il-1 ta’ Ottubru u fix-xhur ta’ qabel allegatament kellu fil-pussess tiegħu l-pjanta tal-kannabis, bl-iskop li jittraffikaha.
Il-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih iżda ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.