Il-kantanta Chanel Monseigneur se tirrappreżenta lill-pajjiżna bil-kanzunetta ‘Chasing Sunsets’ fil-Junior Eurovision wara li rebħet is-selezzjon Maltija minn fost tnax-il finalist.
Leah Mifsud ikklassifikat fit-tieni post bil-kanzunetta ‘Anywhere’, filwaqt li fit-tielet post ġie l-kantant Mychael Bartolo Chirchop bil-kanzunetta ‘The Child From Inside’.
Il-kantanti kantaw quddiem il-ġurija li kellha f’idejha 50% tar-riżultat uffiċjali filwaqt li l-50% kienu f’idejn il-pubbliku li seta’ jagħmel l-għażla tiegħu permezz tat-televoting.
Is-serata tal-Junior Eurovision se tixxandar fid-29 ta’ Novembru li ġej f’Varsavja fil-Polonja. Din is-sena minħabba l-imxija tal-Covid-19 il-kantanti se jagħtu l-prestazzjoni minn pajjiżhom stess u r-rappreżentazzjoni tagħhom tixxandar b’mod dirett.