L-Armenja qalet li wieħed mill-ajruplani tal-gwerra tagħha twaqqa’ mill-qawwiet Torok. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Armen spjega li l-bdot tal-Armenja miet.
Il-Ministru għad-Difiża Armen qal ukoll illi matul il-jum tat-Tlieta karozza tat-trasport pubbliku ħadet in-nar malli ntlaqtet minn drone sparat mill-qawwiet tal-Ażerbajġan.
Il-President tal-Ażerbajġan Ilham Aliyev qal li minn nhar il-Ħadd ‘l hawn għaxar persuni ċivili nqatlu waqt attakki mill-forzi Armeni.
Kważi mitt persuna, inkluż persuni ċivili, mietu f’battalji bejn il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan, hekk kif il-ġlied kompla fit-tielet jum fuq ir-reġjun Nagorno-Karabakh.