Miet l-Emir tal-Kuwajt.
Ix-Sheikh Sabah al-Ahmed al-Sabah miet fl-età ta’ 91 sena.
F’Lulju li għadda huwa kien mar l-Amerka biex jiġi operat.
Huwa kien ilu jmexxi l-pajjiż fil-golf Għarbi sa mill-2006 u għal nofs seklu kellu f’idejh il-politika barranija tal-Kuwajt.
Meqjus bħala medjatur, huwa kien vuċi rikonċiljatorja fost il-mexxejja Għarab fil-Lega Għarbija wara l-invażjoni Iraqqina fil-Kuwajt, fil-bidu tad-disgħinijiet.
Il-Kuwajt qatt ma intervjena fil-kunflitt fis-Sirja u minflok dejjem ħa ħsieb li tasal l-għajnuna umanitarja fis-Sirja.
Ħuh, ix-Sheikh Nawaf al-Ahmed ta’ 83 sena mistenni jsir Emir tal-Kuwajt.