Il-mewt tat-tfajla ta’ 19-il sena li allegatament ġiet stuprata minn erbat irġiel fl-Indja qajjem furur kbir fl-Indja.
It-tfajla mietet ġimagħtejn wara li seħħ il-każ nhar l-14 ta’ Settembru, u erbat irġiel jinsabu arrestati b’rabta ma’ dan il-każ.
Malli tħabbret il-mewt tat-tfajla kienu bosta Indjani li wrew ir-rabja tagħhom għal dak li ġara fuq il-midja soċjali filwaqt li qed jitolbu li ssir ġustizzja mal-vittma u l-familja tagħha.
Il-partiti tal-oppożizzjoni Indjani kkundannaw dan l-attakk.