Żebbuġi ta’ 57 sena tilef ħajtu traġikament wara li nqabad bejn gaġġa ta’ high up u s-saqaf tal-mina ta’ Ħal Kirkop.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ filgħodu meta kollegi tar-raġel, li dak il-ħin kien qed jagħmel xogħol fuq il-mina sabuh bi ġrieħi serji f’rasu ġol-gaġġa tal-high up.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, iżda sfortunatament, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/09/29/mario-vella-maghruf-bhala-ta-biezel-huwa-r-ragel-li-tilef-hajtu-fil-mina-ta-hal-kirkop/