Meta għaqda tikkommemora anniversarju, normalment niffukaw fuq dak li nkiseb tul is-snin iżda l-Partit Laburista minflok nieda inizzjattiva li ser tiġġenera mitt idea li se jkunu l-pedament għall-viżjoni tal-partit.
Dan kien kliem Lydia Abela, mart il-Prim Ministru f’artiklu fil-gazzetta MaltaToday fejn stqarret kif mitt sena ilu pajjiżna kellu bixra kompletament differenti minn dak tal-lum.
Dawn il-bidliet saru grazzi għall-persuni li kellhom il-kuraġġ jissieltu għal viżjoni kontra l-forzi konservattivi li ħadmu qatigħ biex jirreżistu l-bidla.
Hawnhekk ħarset ‘il quddiem u tkellmet dwar id-diversi temi tal-Partit Laburista f’dan l-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni.
Semmiet kif il-prosperità ġġenerata f’pajjiżna għandha tinqasam b’mod aktar ġust biex tirriżulta f’xogħolijiet ta’ kwalità ogħla, iżda biex dan iseħħ għandna bżonn rivoluzzjoni fis-sistema edukattiva.
Spjegat ukoll kif bosta pajjiżi wrew lid-dinja kif il-protezzjoni tal-ambjent tista’ tkun magna ta’ kif l-ekonomija tista’ tikber u tiżviluppa billi nagħmlu użu minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli.
Dr Abela stqarret li għandha ntejbu l-kwalità tal-ilma li nixorbu filwaqt li neliminaw għal kollox id-dipendenza fuq ilma fil-flixken biex b’hekk innaqsu wieħed mis-sorsi ewlenin ta’ plastik li jiġi mormi. Hi stqarret li dan jista’ jsir permezz ta’ funtani tal-ilma tax-xorb li jfornu ilma tal-iprem kwalità. Dan imur id f’id mal-ħtieġa ta’ aktar spazji miftuħa li jitgawdew mill-pubbliku.
Hija temmet tgħid li għandha l-opportunità li nibnu futur aħjar għal uliedna u għal dan il-għan tinkoraġġixxi lin-nisa b’mod speċjali biex jieħdu sehem f’dan l-eżerċizzju li tħejja mill-Partit Laburista.