Mija ħamsa u għoxrin infermier għadhom ingħaqdu mas-servizz tas-saħħa pubblika, dan propju fis-sena ddedikata lill-infermera u l-qwiebel. Mija u tmienja minn dawn għadhom kif temmew studji fl-Università ta’ Malta, filwaqt li sbatax iggradwaw mill-Università ta’ Northumbria.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne awguralhom suċċess f’ din il-karriera li teħtieġ vokazzjoni kbira.
Fakkar kif tul ix-xhur tal-pandemija, il-Gvern żied in-numru ta’ swali, ta’ sodod u ta’ faċilitajiet oħra biex is-sistema tas-saħħa tlaħħaq mal-kura tal-pazjenti bil-COVID-19, u tkompli toffri servizzi kruċjali lil pażjenti oħra.
Fi stqarrija l-Gvern żied jinnota wkoll li mill-elfejn u tmintax s’issa, iggradwaw erba’ mija, tnejn u erbgħin infermier, u b’kollox f’pajjiżna hawn aktar minn tlett elef u disa’ mitt infermier li joffri s-servizz fl-oqsma varji tas-sistema tas-saħħa Maltija.