Mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela żaret id-Dipartiment għall-ħarsien tal-annimali.
Hemmhekk Dr Abela ltaqgħet ma’ diversi ħaddiema li ta’ kuljum jaħdmu qatigħ biex jiżguraw li d-drittijiet tal-annimali f’pajjiżna jkunu mħarsa.
Hi ltaqgħet ukoll mad-Direttur tad-Dipartiment għall-ħarsien tal-annimali, Noel Montebello fejn iddiskutew il-ħidma tad-dipartiment li riċentament ħadem fuq pens ġodda li se jibdew jintużaw mill-annimali li jiġu salvati.
Dr Abela sostniet li qiegħda tħares ‘il quddiem li tkompli taħdem id f’id mad-Dipartiment għall-ħarsien tal-annimali u għaqdiet tal-annimali oħra.
Ritratti: Gareth Degiorgio