Studenti li bħalissa qegħdin jistudjaw fl-istitut tal-istudji turistiċi, l-ITS, preparaw skulturi merviljużi magħmula miċ-ċikkulata u l-butir bħala parti mis-sessjonijiet ta’ rkupru.
L-iskulturi kienu mnaqqxa bl-idejn u kienu esebiti waqt l-avveniment “Twilight Dinner” li hija parti mill-kurrikulu tal-ħelu tal-istudenti.
Is-Sur Andrew Farrugia, lettur fl-ITS, spjega li l-għan ta’ dawn l-iskulturi huma li jgħallmu lill-istudenti l-arti u l-iskultura fl-ikel, sabiex tgħinhom jiżviluppaw dan l-għarfien fl-arti kulinarja.
Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Ħarsien tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli żaret il-kampus fejn rat mill-viċin ix-xogħol artistiku ta’ dawn l-istudenti u saħqet fuq l-importanza li l-istudenti jkollhom esperjenza diretta fuq xogħolhom.
Id-Direttur tas-Servizzi Korporattivi tal-ITS Claire Briffa sostniet li s-sessjonijiet ta’ rkupru ta’ Settembru għenu lill-istudenti jirkupraw il-lectures mitlufa li kienu skedati għat-tieni semestru.