Prosekuturi f’Louiseville, fl-istat Amerikan ta’ Kentucky mistennija jħabbru jekk hux se jixlu lil tliet uffiċjali tal-Pulizija għall-qtil tal-Afrikana-Amerikana Breonna Taylor ta’ 26 sena f’Marzu li għadda. Taylor inqatlet b’diversi tiri minn arma tan-nar waqt li l-Pulizija kienu qed ifittxu għad-droga f’darha.
Il-qtil ta’ Breonna Taylor nissel rabja kbira, tant li saru numru ta’ dimostrazzjonijiet tal-massa biex issir ġustizzja għal dan id-delitt.