Fl-aħħar sigħat, 32 persuna oħra fiequ mill-Coronavirus f’pajjiżna, u feġġew 45 każ minn fost 1,783 test.
Dan ifisser li kważi 97.5% tat-testijiet li saru fl-aħħar 24 siegħa ġew negattivi, u 2.5% biss ġew pożittivi.
Minn Marzu sal-lum saru 233,231 swab test.