Inġabret is-somma ta’ €1,010,985 waqt maratona ta’ tnax-il siegħa b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation bit-tema ‘Għinuna Ngħinukom’.
Din ittellgħet wara li numru ta’ attivitajiet fosthom il-Fun Run u Rockestra tħassru fid-dawl tal-pandemija, u għalhekk il-Malta Community Chest Fund kienet imċaħħda minn fondi imprezzabbli li huma ta’ għajnuna għal kull min hu bżonnhom.
Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella, irringrazzjaw lill-poplu Malti tal-ġenerożità u l-qalb tad-deheb li għandu filwaqt li radd il-ħajr lit-tim kollu li minn wara l-kwinti tella’ xandira twila sigħat fi żmien qasir.
Il-linji tad-donazzjonijiet jibqgħu miftuħin u l-pubbliku huwa mistieden ikompli jagħmel id-donazzjonijiet tiegħu fuq dawn in-numri:
- 5100 2020 – €20;
- 5190 2030 – €50;
- 5130 2000 – €100,
- 2126 2626 – wegħdiet ta’ donazzjonijiet ta’ €300 jew aktar;
- 5061 9201 (SMS) – €11.65;
- 7935 9565 – BOV Mobile Pay.