Sirjan ta’ tlieta u ħamsin sena nżamm arrestat wara li weġġa’ u seraq lil bintu.
Fil-Qorti, bintu xehdet kif hija ġiet mill-Ġreċja fejn tgħix m’ommha u ma’ ħutha, hekk kif missierha li ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar tliet snin.
Hija qalet kif ġiet Malta wara li missierha qal li marad serjament u ħuha l-kbir ma segħetx jiġi lejn Malta minħabba li skada l-passaport tiegħu.
Xehdet kif fl-ewwel tlett ijiem meta ġiet Malta, missierha ma wera l-ebda sinjali ta’ vendikazzjoni. Iżda meta mbagħad marru jgħixu ġo post flimkien, sar vjolenti.
Qalet kif huwa ried iżewwiġha lir-raġel ta’ tmenin sena għaliex għandu l-flus u serqilha tlett elef ewro minn ġol-basket tagħha u meta staqsietu għala ħadhom huwa sawwatha.
Hija qalet kif huwa kienet qed tgħix bħala priġuniera f’din id-dar, sakemm ħarbet u għamlet rapport lill-pulizija.