Fid-dawl ta diversi rapporti ta’ illegalitajiet li setu saru fl-inħawi ta’ Ħaż-Żebbuġ, il-Miżieb, ir-Rabat, Malta, u Għawdex, f’dawn l-aħħar jiem, li rċeviet il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), il-Federazzjoni wissiet li mhux ħa tittolera attivitajiet illegali minn kriminali.
Qalet li minħabba dawn, jbagħtu konsegwenzi l-kaċċaturi u nassaba ġenwini, l-maġġor parti ta’ liema huma membri tal-istess FKNK u li huma bla ħtija.
Għalhekk, jekk jitressaq x’ħadd il-Qorti b’suspett ta’ reat kriminali, bħal sparar fuq tajr protett, il-FKNK minnhufih se tissospendi s-sħubija ta dik il-persuna, jekk tinzerta membru tal-istess FKNK.
Is-sħubija tiġi revokata għall kollox jekk eventwalment jinsab ħati mill-Qorti. Mingħajr tali sħubija, persuna ma tistax ikollha liċenzja tal-kaċċa u/jew tal-insib.
Għaldaqstant, il-FKNK bħala r-rapprezentanta tal-kaċċaturi u n-nassaba fuq il-Kumitat Ornis, qalet li mhux ħa toqod lura milli tirrakomanda lill-Ministru dak kollu legali li jkun hemm bżon biex dawn il-kriminali jitrażżnu darba għall dejjem.