Kollox jinsab lest biex il-Malta Community Chest Fund Foundation tmexxi l-maratona ‘għinuna ngħinukom’ il-Ħadd li ġej, fej se ddur fuq il-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi biex tkun tista’ tkompli tagħti servizz xieraq lil diversi pazjenti u qrabathom.
Waqt żjara fuq il-post waqt l-aħħar preparamenti l-President ta’ Malta George Vella tenna l-appell tiegħu li wieħed jgħin kif jista’ lil din il-fondazzjoni, li minħabba l-pandemija tilfet ħafna mir-riżorsi finanzjarji tagħha.
Il-President żied jispjega li l-fondazzjoni ma tistax tiġi f’pożizzjoni li ma tibqax tagħti l-kura li hemm bżonn anke fi żmien ta’ pandemija globali.
Il-kampanja għinuna ngħinukom se tixxandar il-Ħadd, għoxrin ta’ Settemrbu fuq l-istazzjonijiet lokali.