B’rabta mal-imbuttar u imblukkar fil-konfront tal-ġurnalist ta’ ONE News minn bodyguards tal-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, l-Istitut għall-Ġurnalisti Maltin ikkonkluda li l-ġurnalist m’għandux jiġi mblukkat milli jagħmel il-mistoqsijiet.
Fi stqarrija, l-IĠM wieġeb għall-ilment li ressaq ONE News u saħaq li fil-filmat ta’ ONE News jidher li l-ġurnalist f’waqt minnhom seta’ ġie imblukkat milli jkompli jagħmel mistoqsijiet lil Bernard Grech.
L-IĠM appella biex il-ġurnalisti jitħallew jagħmlu xogħolhom fil-libertà.
L-IĠM anki ħa r-reazzjoni tal-persuna responsabbli mill-komunikazzjoni ta’ Bernard Grech.
Skont, Alessandro Farrugia, f’isem it-tim ta’ Bernard Grech, ma jirriżultax li l-ġurnalist ta’ ONE News ġie b’xi mod imbuttat jew imblukkat.
Minkejja dan, l-IĠM ikkonkluda mod ieħor u saħaq li l-ġurnalist m’għandux jiġi mblukkat.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/09/19/bil-filmat-bodyguards-ta-bernard-grech-jimbuttaw-u-jimblukkaw-lill-gurnalist-ta-one-news/