Anzjana ta’ 91 sena, li kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri, mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.
Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa spjega li l-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid19 fis-26 ta’ Awwissu u ddaħħlet l-isptar Mater Dei fis-6 ta’ Settembru.
Hija mietet fl-Isptar Mater Dei tard ilbieraħ filgħaxija.
Filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjana, il-Ministeru għas-Saħħa appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-ilbies tal-maskra.