Il-maltempata tal-bieraħ kkawżat diversi ħsarat fil-binja tal-każin tal-Għaqda Mużikali ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun.
Minn ritratti li ttellgħu fuq il-midja soċjali jidher li sajjetta qawwija laqtet l-arblu ta’ fuq il-bejt u kkaġunat ħsarat li jidhru konsiderevoli. Ġew ikkawżati wkoll ħsarat fuq it-tromba tal-bejt.
Fortunatament ħadd ma weġġa’.
Il-President tal-Għaqda Mużikali San Gejtanu, Nigel Vella, qal li bosta persuni anke membri mis-Soċjetà Mużikali l-oħra kkuntattjawh biex joffru l-għajnuna tagħhom. Vella qal li fil-jiem li ġejjin se ssir valutazzjoni tal-ħsarat.
Ritratti: Għaqda Mużikali San Gejtanu AD 1906/ Facebook