Minn għada se tibda taħdem sistema ta’ sorveljanza permezz ta’ camera CCTV f’Ħal Qormi.
Is-Sindku Rosianne Cutajar spjegat li l-Kunsill ħass li quddiem sitwazzjoni fejn qed jiġi mormi skart b’mod irresponsabbli, il-Kunsill ħass li ma setax ma jieħux azzjoni. Spjegat li minkejja li huwa eżerċizzju li jikkonsma ħafna ħin, speċjalment għaliex il-footage ikun irid jiġi eżaminat, il-preżenza ta’ din il-camera taħdem bħala deterrent. Il-filmati jkunu jistħu jintużaw sabiex ikunu jistgħu jittieħdu passi kriminali kontra min iħammeġ illegalment.
Il-camera mhux se tkun fissa f’post wieħed, iżda se tkun qed tintuża f’toroq varji, li se jinbidlu minn ġimgħa għall-oħra.