Il-kandidata demokratika għall-elezzjonijiet presidenzjali fl-Amerka, hija b’saħħitha u f’qagħda tajba biex isservi bħala President tal-Istati Uniti.
Dan saħqitu t-tabiba tagħha hekk kif bħala parti mill-kampanja tagħha ppubblikat stqarrija b’informazzjoni medika aġġornata.
L-istqarrija saħqet li saħħet il-kandidata “qed tkompli timxi ‘l quddiem”, wara li saritilha dijanjosi fil-pneumonia.
Il-kampanja ħarġet din l-istqarrija wara li Donald Trump, ippubblika informazzjoni dwar is-saħħa tiegħu wkoll waqt ‘chat-show’ televiżiv.