Ajruplan ta’ Ryanair li minn Leeds kien ġej f’pajjiżna kellu jitnżżel ġewwa l-ajruport ta’ Katanja kawża tal-maltemp li bħalissa qed jaħkem il-gżejjer Maltin. Minkejja li sa issa l-uffiċċju meterjoloġiku għadu ma ħareġ l-ebda stqarrija dwar dan il-maltemp, is-sit indipendenti Maltese Islands Weather qed jistma’ li sal-lejla mistennija jinżlu f’Malta mal-100mm ta’ xita.
Għawdex ukoll jinsab milqut bil-Maltemp f’filmat qed juri il-wied tax-Xlendi bi xmara ta’ ilma u materjal mill-għelieqi nieżlin fid-direzzjoni tal-baħar.
Xlendi 😱
Posted by Johan Bugeja on Monday, September 14, 2020