L-eks Prim Ministri Ingliżi Tony Blair u Sir John Major ħaġġew lill-membri parlamentari sabiex jirrifjutaw il-pjan ta’ Boris Johnson; biex jinjora partijiet mill-ftehim ta’ Brexit.
Huma akkużawh li qed jimbarazza lir-Renju Unti.
Il-Prim Ministru Boris Johnson qal li l-Unjoni Ewropea qed thedded li tagħmel fruntiera li tissepara l-Irlanda ta’ Fuq mill-kumplament tar-Renju Unit.
Il-pjan se jkun diskuss fil-parlament Ingliż għada t-Tnejn u jekk fl-eventwalità l-abbozz ta’ liġi jgħaddi, se jkun ifisser illi l-Ministri tar-Renju Unti ikunu jistgħu jimmodifikaw jew ma japplikaw regoli relatati mal-moviment tal-merkanzija bejn il-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.