L-unjin tal-għalliema l-MUT tgħid li nstabet soluzzjoni għal triq ‘il quddiem wara diskussjonijiet kontinwi mal-Ministeru għall-Edukazzjoni dwar l-edukaturi li jinsabu f’riskju għoli.
Fi stqarrija l-unjin qalet li d-dettalji dwar din il-kwistjoni ser jiġu ppublikati waqt laqgħa bejn il-membri tal-unjin.