L-Awtoritajiet tas-Saħħa approvaw il-protokol mediku li tressaq mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol sabiex ikunu jistgħu jibdew jintlagħbu l-Kampjonati domestiċi.
Fost il-punti inklużi f’dan il-protokol hemm li:-
- l-plejers u l-staff irid jiġi t-testjati b’mod regolari
- persuni pożittivi jridu jiġu iżolati filwaqt li jsir traċċar tal-persuni qrib tagħhom. Il-kumplament tal-iskwadra trid tiġi ttestjata u jkomplu bit-taħriġ jekk jirriżultaw fin-negattiv.
- Limitazzjoni tal-użu tad-dressing room, distanza soċjali kif ukoll l-użu tal-maskla f’kull post fl-istadiums ħlief fil-pitch.
L-MFA ħabbret ukoll set ta’ regoli ġodda applikabbli għal BOV Kampjonat Premier kif ukoll BOV Challenge league fosthom:-
- Klabbs iridu jissottomettu lista ta’ 25 plejer
- Partita tista’ biss tiġi posposta f’każ li tim ma jkollux għad-diżpożizzjoni tiegħu 16-il plejer li jinkludu żewġ goalkeepers wara li jittestjaw fin-negattiv
- Estenzjoni għal ħames sostituzzjzonijiet
- Plejers, kowċis u membri tal-kumitati li jirriżultaw pożittivi għal COVID-19 iridu jinfurmaw mill-ewwel li klabb anke fl-eventwalità li l-individwu jintlagħab li jagħmel kwarantina mill-awtoritajiet
- Jekk fil-ġurnata tal-logħba plejer jintalab joqgħod kwarantina u din ma tiġix osservata, jittieħdu passi dixxiplinari kontra l-plejer u anke l-klabb.
Intant l-MFA ħabbret li dawk il-partiti li mhumiex ser jintwerew dirett fuq it-televiżjoni, ser ikun qed jintwerew dirett fuq sistema diġitali.