Dalwaqt jista’ jkun li naraw koppji jitqarbnu li s’issa ma setgħux. Qed nitkellmu dwar Kattoliċi divorzjati li ma jikkwalifikawx għall-annullament iżda li xorta qedin flimkien u jixtiequ jitqarbnu.
Din kienet waħda mit-temi diskussi b’ċertu interes fiż-żewġ sinodi dwar il-familja li seħħew fl-aħħar snin.
Ir-Radju tal-Vatikan ikkonferma li hija awtentika ittra tal-Papa Franġisku li spiċċat inxterdet u li huwa bagħat lill-Isqfijiet ta’ Bueno Aires. Fiha l-Papa jfaħħarhom għall-linji gwida pastorali li ħarġu dwar l-implimentazzjoni tal-Eżortazzjoni appostolika ‘Amoris Laetitia’.
Peress li din l-ittra inxterdet b’mod mhux uffiċjali, kien hemm ħafna spekulazzjoni dwar jekk hux minnu li l-Papa bagħat l-approvazzjoni tiegħu jew le.